Keith Azzopardi Tanti twieled fis-17 ta’ Marzu 1984 u trabba f’familja tal-klassi tal-ħaddiema. Issa huwa miżżewweġ, għandu żewġt itfal subien u għandu lawrea fl-Ekonomija u l-Maniġment mill-Università ta’ Malta. Huwa kiseb ukoll il-kwalifika tal-ACCA u eżerċita l-professjoni tiegħu bħala Accountant, qabel ma ġie elett fil-Parlament.

Twieled fis-17 ta’ Marzu 1984 minn John u Josette Tanti née Theuma, il-kbir fost żewġt aħwa, f’Tal-Pietà. Keith iżżewweġ lil Alexia, née Azzopardi u għandhom żewġt itfal, Alessandro u Gianluca. Hu attenda l-iskola primarja f’Santa Venera, u kompla l-edukazzjoni f’livell sekondarju fil-Kulleġġ Sant’Elija fl-istess lokalità. Iggradwa fl-Ekonomija u l-Maniġment mill-Universita’ ta’ Malta,  u wara li rċieva l-kwalifika tal-ACCA, Keith beda jipprattika l-professjoni ta’ accountant ma’ wieħed mill-banek kummerċjali lokali, biex wara ngħaqad fit-taqsima tal-Istatistika Kummerċjali fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Huwa ħadem ukoll bħala Kontrollur Finanzjarju tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, fejn speċjalizza fis-settur tat-taxxa internazzjonali.

Il-karriera politika ta’ Keith fi ħdan il-Partit Laburista bdiet minn età bikrija ferm fejn serva bħala voluntier f’Assistenza Ċittadin, is-servizz tal-customer care tal-partit; kien membru fil-kumitat lokali f’Tal-Pietà; kif ukoll kien elett f’kariga uffiċjali fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Fl-2013 aċċetta l-istedina tal-Partit Laburista sabiex jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’Tal-Pietà fejn kien elett Sindku b’685 vot. Fl-elezzjoni tal-2019, Keith reġa’ kkonferma u saħħaħ il-kariga tiegħu b’aktar mid-doppju tal-voti mill-elezzjoni preċedenti, b’total ta’ 1,452 vot.

Keith Azzopardi Tanti aċċetta li jkun kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2022 fuq l-Ewwel Distrett wara talba tal-Prim Ministru l-ġdid Dr Robert Abela sabiex  joffri l-esperjenza miksuba fuq livell lokali, għal livell nazzjonali. Minkejja li kienet l-ewwel darba li kkontesta f’elezzjoni ġenerali, Keith irnexxielu jilħaq il-kwota fl-ewwel għadd b’total ta’ 3,774 vot. Fil-fatt, huwa kien l-uniku kandidat fuq l-Ewwel Distrett li rnexxielu jikseb iktar voti mill-kwota meħtieġa. Hekk kif tħabbar il-Gvern il-ġdid, Keith Azzopardi Tanti inħatar mill-Prim Ministru elett Dr Robert Abela bħala Segretarju Parlamentari taż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fejn ħa l-ġurament għal din il-kariga quddiem il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza tiegħu Dr George Vella.

żgħażagħ
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.