Scroll to top

L-Onor. Omar Farrugia MP

L-Onor. Omar Farrugia, imwieled fl-1995, huwa l-iżgħar Ministru fil-Kabinett maħtur wara l-elezzjoni ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2026. Huwa jservi bħala Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

L-impenn tiegħu fis-servizz pubbliku beda fl-2019, meta ġie elett Sindku tal-Imqabba fl-età ta’ 24 sena. Matul il-ħames snin li mexxa l-Kunsill Lokali, kien strumentali fit-twettiq ta’ diversi proġetti ta’ riġenerazzjoni u investiment li qabżu l-€5 miljun, fosthom ir-riġenerazzjoni tal-pjazza ewlenija tal-lokalità.

Fl-2022 ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament biex jirrappreżenta lill-elettorat tal-Ħames Distrett. Matul il-ħidma parlamentari tiegħu nħatar ukoll Chairman ta’ Sport Malta, fejn kompla jippromwovi inizjattivi favur l-isport u stil ta’ ħajja aktar attiv.

F’Jannar tal-2024 inħatar Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi. Taħt it-tmexxija tiegħu, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq numru sostanzjali ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr madwar Malta u Għawdex, filwaqt li kompla jsaħħaħ il-kollaborazzjoni tiegħu mal-Kunsilli Lokali biex jitjiebu l-komunitajiet madwar il-pajjiż.

Wara li reġa’ kiseb il-fiduċja tal-elettorat fl-elezzjoni ġenerali tal-2026, Omar Farrugia nħatar Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

Bħala Ministru, huwa jmexxi l-ħidma tal-Gvern biex jissaħħu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, titkompla l-promozzjoni tal-benesseri fil-politika pubblika u tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Programm Elettorali bejn il-Ministeri kollha tal-Gvern. Il-ħidma tiegħu hija ffukata fuq Governanza li twassal ir-riżultati, il-koordinazzjoni effettiva bejn l-entitajiet pubbliċi u t-titjib kontinwu tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.

Omar Farrugia huwa gradwat fil-Business and Management u fil-Project Management.

żgħażagħ
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.