Scroll to top

Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali L-objettiv tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali huwa li jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ, jippromwovi l-benesseri matul il-fażijiet kollha tal-ħajja, u joħloq is-sisien għal soċjetà aktar b’saħħitha, inklużiva u sostenibbli. Il-Ministeru jaħdem biex jipprovdi lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada bl-opportunitajiet, il-ħiliet, il-valuri u l-appoġġ meħtieġa sabiex ikunu ċittadini attivi, reżiljenti u kapaċi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu mgħammra biex jiżviluppaw il-potenzjal personali u soċjali tagħhom, filwaqt li individwi ta’ kull età għandhom ikunu jistgħu jgawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar, saħħa mentali pożittiva, parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà u opportunitajiet li jippermettulhom javvanzaw u jikkontribwixxu fil-komunitajiet tagħhom. Il-Ministeru jħaddan il-prinċipji tal-ekwità, il-ġustizzja soċjali, id-diversità, l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali bħala l-pedament tal-politiki u s-servizzi tiegħu. Il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali huwa wkoll responsabbli biex jiżgura t-twettiq effettiv tal-Programm Elettorali tal-Gvern, billi jittraduċi l-impenji f’azzjonijiet konkreti u riżultati tanġibbli li jtejbu l-ħajja tan-nies. Huwa impenjat li jtejjeb kontinwament is-servizzi li joffri u jiżgura li l-prinċipji u l-proċeduri ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, governanza tajba, trasparenza u kontabbiltà jiġu applikati b’mod konsistenti fil-Ministeru kollu u fl-entitajiet tiegħu.

Funzjonijiet Ewlenin

1. Li jippromwovi l-benesseri fiżiku, mentali u soċjali ta’ persuni ta’ kull età permezz ta’ politiki u servizzi aċċessibbli u ċċentrati fuq il-persuna.

2. Li jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

3. Li jikkoordina u jimplimenta l-miżuri tal-Programm Elettorali tal-Gvern b’mod effettiv, trasparenti u mmirat lejn ir-riżultati.

4. Li jfassal u jimplimenta politiki innovattivi relatati maż-żgħażagħ, il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja, b’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati kollha.

5. Li jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u jippromwovi komunitajiet aktar b’saħħithom, inklużivi u reżiljenti madwar Malta u Għawdex.

żgħażagħ
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.