Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

L-objettiv tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni huwa li jipprovdi lill-ġenerazzjonijiet taż-żmien preżenti u dawk futuri bil-ħiliet u t-talenti neċessarji għaċ-ċittadinanza u l-impjegabbiltà, fis-seklu 21 u lil hinn. Huwa impenjat li jtejjeb kontinwament is-servizzi li joffri u jiżgura li l-prinċipji u l-proċeduri ta’ Regolamentazzjoni Aħjar jiġu applikati b’mod konsistenti mal-Ministeru kollu.