Xjenza Malta għandu pjaċir iħabbar li issa qed jirċievi applikazzjonijiet għall-Fond għar- Riċerka dwar l-Ispazju 2023. Id-data ta’ skadenza tal-applikazzjonijiet hija d-29 ta’ Mejju 11.59 p.m. Il-Fond għar- Riċerka dwar l-Ispazju jkompli jipprovdi appoġġ finanzjarju għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-settur downstream tal-Osservazzjoni tad-Dinja mis-Satellita (EO), speċifikament proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-

ipproċessar u l-isfruttar tad-data miġbura permezz tas-satelliti EO. Is-sejħa hija miftuħa għall-entitajiet legali Maltin kollha taħt tliet modalitajiet ta’ finanzjament (De Minimis; GBER (Regolament Ġenerali ta’; Eżenzjoni ta’; Kategorija); Għajnuna tal-Istat n/a).

FacebookTwitter