Ħarsa Ġenerali
Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR) qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-iskema biex jippromwovi proġetti ta’ innovazzjoni fis-soċjetà Maltija.
L-għan ta’ din l-iskema huwa li jgħin finanzjarjament Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) u Organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) iwettqu proġetti relatati ma’ innovazzjoni fil-komunità. Proposti li huma relatati ma’ STEM li jgħinu lill-komunità se jingħataw prijorità.
X’Tikseb?
Il-grant se jkopri 80% tal-ispejjeż tal-proġett (sa massimu ta’ €8,000 għal kull proġett).
L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu:
- Spejjeż tal-materjali
- Spejjeż tal-apparat u l-għodda
- Spejjeż għall-akkwist ta’ servizzi tekniċi u amministrattivi
- Spejjeż għall-HR meħtieġ fl-akkwist ta’ għarfien ġdid, ħiliet, kompetenzi u proċessi innovattivi oħra
- Spejjeż għall-akkwist ta’ materjal edukattiv u tat-tagħlim
- Spejjeż għas-safar barra minn Malta, sa 25% tas-somma totali mogħtija
Eliġibbiltà
- Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati
- Organizzazzjonijiet Non-Governattivi rreġistrati
Kif Tapplika?
Imla l-Formola tal-Applikazzjoni u ibgħatha permezz permezz ta’ email lil [email protected]
Il-Linji Gwida u r-Regolamenti tal-formola jistgħu jiġu aċċessati hawn.